Ursuline Sisters of St. Angela Merici
  • Home
  • About Us
    • Our Charism
    • Our Founder
    • Mother General
    • Our Residential Homes
    • St. Angela Kindergarten
  • Media
    • Photos
    • Articles
  • Ekklesia Sisters
  • Vocations
    • Testimonials
  • Get Involved
  • Donations
  • Contact
  • New Page

Il-Madre Ġenerali

We apologise for any inconveniece caused, an english version will soon be available

Sr. Roberta Spiteri hija s-superjura Ġenerali preżenti        tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini.

Sr. Roberta Spiteri twiedet il-Belt Valletta, fit-8 ta’ Lulju, 1946 minn Carlo u Polly née Mizzi. Ġiet imgħammda fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt bl’isem ta’ Maria Rosaria. Għandha oħtha membru tas-sorijiet ta’ Marija Għajnuna ta’ l-Insara, żewġ ħutha subien miżżewġin u ieħor ġuvni.
Picture
Wara sentejn u nofs mit-twelid tagħha, il-familja ġiet toqgħod tas-Sliema u għadhom hemm sal-lum. Fit-tfulija tagħha, Swor Roberta attendiet l-iskola ta’ St. Francis tas-Sliema u minn hemm marret fl-iskola Primarja tal-Gvern. Ta’ tlettax-il sena bdiet l-iskola sekondarja u għamlet ħames snin f’St. Louis Secondary School tas-Sliema. Ta’ erbatax-il sena bdiet tmur il-Creche tas-Sliema, tgħin lis-sorijiet u toħroġ it-tfal. Fil-weekends kienet tqatta’ iżjed ħin għand is-sorijiet milli ma’ tal-familja. Meta wriet ix-xewqa li tħaddan il-ħajja reliġjuża, is-sorijiet tawha l-parir li tispiċċa l-iskola, mbagħad tiddeċiedi.

F’Ġunju ta’ l-1964 spiċċat l-“O” Levels u f’Diċembru, fl-età ta’ tmintax-il sena bdiet il-mixja tagħha fil-Kongregazzjoni tas-Sorjiet Orsolini. Wara tliet snin għamlet l-Ewwel Professjoni fis-17 ta’ Dicembru 1967 u l-Professjoni Perpetwa fit-8 ta’ Diċembru 1972. Fis-6 ta’ Diċembru 1992 ċċelebrat il-Ġublew tal-Fidda. 

Fl-1969, ġiet mitluba biex tattendi l-Kulleġġ Mater Admirabilis tal-Virtu` fir-Rabat, fejn issa hemm is-Seminarju. Wara kors intensiv ta’ sentejn Swor Roberta kisbet iċ-ċertifikat ta’ Għalliema tal-Kindergarten u bdiet tgħallem fl-iskola tagħna St. Angela Nursery School  fir-Rabat. Fl-1980 kienet responsabbli tal-grupp tal-Formazzjoni għal tliet snin. Wara kompliet tagħti s-servizz tagħha fl-iskola u fl-1983 u fl-1998 kienet għal darbtejn superjura lokali, għal perjodu ta’ sitt snin kull darba.

Fis-sena 2004 kellha ttemm il-kariga tagħha ta’ 33 sena bħala għalliema għax ġiet magħżula Vigarja Ġenerali. Fil-Kapitlu Ġenerali t’April 2010, kienet magħżula bħala Superjura Ġenerali għal perjodu ta’ sitt snin u suċċesivament fil-Kapitlu t' April 2016 ġiet ikkonfermata għat-tieni darba bħala Superjura Ġenerali.
Picture
Picture
Powered by Create your own unique website with customizable templates.
  • Home
  • About Us
    • Our Charism
    • Our Founder
    • Mother General
    • Our Residential Homes
    • St. Angela Kindergarten
  • Media
    • Photos
    • Articles
  • Ekklesia Sisters
  • Vocations
    • Testimonials
  • Get Involved
  • Donations
  • Contact
  • New Page